Il-Ministru tas-Saħħa Joe Etienne Abela ddikjara fil-parlament li ma jafx li fl-Isptar Karin Grech hemm problemi strutturali kbar f’diversi soqfa fost l-oħrajn.
Din id-dikjarazzjoni l-Ministru tas-Saħħa għamilha fis-seduta parlamentari tal-lum wara li d-Deputat Nazzjonalista Adrian Delia staqsih jagħti informazzjoni dwar il-fatt li f’Karin Grech hemm ħsarat kbar f soqfa u hemm anki blat li waqa’ f’żona fejn il-ħaddiema jieħdu l-break. Hemm ħsarat f’Level 0 u swali oħra.
Il-Ministru tas-Saħħa wieġeb li m’għandux dawn id-dettalji u talab lid-deputat Nazzjonalista biex jagħmillu din il-mistoqsija bil-miktub.
Il-Ministru tas-Saħħa qal li l-pjan hu li l-isptar Karin Grech ikun irranġat u qed tinħareġ offerta biex is-servizzi ta’ riabiliatazzoni jkunu rikolati sakemm dan l-isptar ikun irranġat.
Il-Ministru tas-Saħħa kompla li l-media qed tallarma dwar is-sitwazzjoni f’Mater Dei u żied li fil-mument l-aktar diffiċli tal-influwenza, ttieħdu l-azzjonijiet meħtieġa meta l-okkupanza ta’ Mater Dei laħqet il-1100 pazjent għaliex l-Isptar Mater Dei jesa 1,200 pazjent.
L-okkupanza ta’ Mater Dei issa hi taħt l-1,000 pazjent; numru li hu tajjeb, sostna l-Ministru tas-Saħħa li ċaħad li hemm xi kriżi fl-Isptar Mater Dei anzi, skont hu, is-sitwazzjoni hi normali.
//= $special ?>