Is-seba’ darbiet champion tad-dinja, Sir Lewis Hamilton kellu l-ewwel testijiet f’karozza ta’ Ferrari, l-Erbgħa filgħodu fiċ-ċirkwit ta’ Fiorani. Is-sewwieq ta’ 40 sena saq il-karozza tal-2023 bħala parti mill-proċess tal-ewwel testijiet mat-tim il-ġdid tiegħu. Dan wara li qatta’ jumejn ta’ ħidma fil-fabbrika ta’ Ferrari f’Maranello. Filwaqt li Hamilton saq il-karozza matul in-nofstanhar ta’ filgħodu, filwaqt li s-sewwieq Charles Leclerc saq waranofsinhar.
It-test se jkun qed jgħin lil Hamilton jidhra l-karozza u l-magna ta’ Ferrari, filwaqt li jkun jista’ jibni relazzjoni ta’ fiduċja mal-inġinier tat-tellieqa l-ġdid Riccardo Adami u l-kumplament tat-tim. Adami ħadem ma’ Carlos Sainz fl-aħħar erba’ snin u qabel ħadem ukoll mal-erba’ darbiet champion Sebastian Vettel.
Fit-tmientax-il sena li ilu sewwieq fil-Formula 1, Hamilton saq biss karozzi b’magni ta’ Mercedes, kemm fiż-żmien li kien ma’ McLaren kif ukoll fiż-żmien ta’ suċċess li kellu ma’ Mercedes AMG Petronas. Minkejja li t-test sar mingħajr segwaċi kienu bosta dawk li kienu qed jistennew barra biex jaraw imqar lil Lewis Hamilton viċin il-karozza u ċ-ċirkwit. Hamilton mistenni wkoll jagħmel serje ta’ testijiet fiċ-ċirkwit ta’ Barcelona – Catalunya fil-ġimgħat li ġejjin bi preparazzjoni għall-ewwel Grand Prix tal-istaġun, f’Melbourne l-Awstralja, fis-16 ta’ Marzu.
//= $special ?>