Għalkemm il-Gvern Laburista ħareġ jiftaħar bil-kampanja aggressiva li għamel f’Manchester bħala parti mid-deal li kien sar minn Clayton Bartolo ma’ Manchester United, diversi partitarji li tkellmu ma’ Net News ikkonfermaw li fil-verità naqset ferm il-viżibbiltà ta’ pajjiżna u r-reklamar madwar l-istadium ta’ Old Trafford.
Visit Malta organizzat mill-ġdid il-famuża ‘Malta Day’ aktar kmieni dan ix-xahar, meta Manchester United lagħbu kontra Brighton.
“Ħafna mir-reklamar sparixxa. Qas nitfa minn dak li kien isir qabel”, stqarr magħna wieħed mill-partitarji li kien preżenti f’Old Trafford fid-19 ta’ Jannar.
Anke r-ritratti li ħarġu l-MTA stess jikkonfermaw dan. Tant hu hekk, li mal-ħġieġ fuq barra tal-istadium tneħħiet il-promozzjoni kollha li kienet issir b’mod ġgantesk mal-faċċata tal-East Stand ta’ Old Trafford – fejn hemm il-Megastore.
Mhux ċar jekk din kenitx deċiżjoni li ħa l-Ministru Ian Borg, u jekk id-deputat Clayton Bartolo kienx konsultat.
“Aħna rajniha stramba ħafna kif tneħħew ċertu reklami”, qaltilna mara oħra li marret apposta għal din il-partita.
//= $special ?>