L-Eks President tal-PL Ramona Attard kienet co-opted fil-Parlament bħala deputat Laburista wara r-riżenja tad-deputat Laburista Randolph Debattista.
Kien il-Prim Ministru Robert Abela li llum fil-Parlament ippropona l-mozzjoni tal-ħatra tal-Eks President tal-PL Ramona Attard bħala deputat Laburista biex timla l-post tad-deputat Laburista Randolph Debattista li rriżenja minn deputat Laburista biex inħatar ambaxxatur Malti f’Ġinevra. Wara li l-mozzjoni għaddiet, Ramona Attard ħadet il-ġurament tal-ħatra bħala deputat Laburista.
F’diskors wara l-ħatra, hi qalet li qed tifhem ir-responsabbiltà li issa għandha u sostniet li se ġġorr din il-ħatra kif ġarret karigi oħra li okkupat. Hi sostniet li għandha għeruq umli li se jikkalibrawha biex twettaq politika ta’ opportunitajiet u favur id-drittijiet ċivili, li tkompli ttejjeb il-kwalità tal-ħajja tan-nies.
//= $special ?>