Iċ-champion attwali tal-Open tal-Awstralja Jannik Sinner għeleb lil Alex de Minaur 6-3, 6-3, 6-1 biex għamilha għas-semifinali tal-Open tal-Awstralja. Sinner jidher li kien ma jiflaħx iżda deher fiżikament f’saħħtu hekk kif għeleb lis-seed numru tmienja De Minaur.
Jumejn wara li kien ma jiflaħx qabel il-logħba kontra Holger Rune tad-Danimarka, Sinner stqarr li matul il-jum tal-Erbgħa ħassu preparat li jikkompeti u f’kundizzjoni ta’ saħħa tajba.
Filwaqt li fil-midja kien hemm spekulazzjoni li seta’ kellu pneumonia, Sinner ċaħad din ir-retorika u qal li t-testijiet li sarulu kienu pożittivi. Is-seed numru wieħed Sinner, issa se jiltaqa’ kontra l-Amerikan Ben Shelton fis-semifinali tal-Ġimgħa. Shelton, li għandu 22 sena, wasal sas-semifinali wara li għeleb lit-Taljan Lorenzo Sonego 6-4, 7-5, 4-6, 7-6.
//= $special ?>