Futbol Sport

Wilfred Zaha jissieħeb b’self lil Charlotte FC

L-attakkant Wilfred Zaha issieħeb b’self sa Jannar 2026 lil Charlotte FC, fil-Major League Soccer, il-kampjonat ewlieni fl-Istati Uniti. L-eks attakkant ta’ Crystal Palace bħalissa jinsab fuq bażi ta’ self ma’ Lyon mingħand Galatasaray. Madanakollu hu lagħab sitt darbiet biss mat-tim Franċiż b’ħames darbiet minnhom ikunu bħala sostitut. Zaha, li għandu 32 sena, se jkun qed jimla l-post tad-‘Designated Player’ ma’ Charlotte – liema regola tħalli lill-Franchises Amerikani sabiex ikollhom sa massimu ta’ tliet plejers li jistgħu jaqgħu barra mill-ammont stabbilit għall-massimu tas-salarju.

Zoran Krneta, il-general manager ta’ Charlotte FCm stqarr li Zaha huwa plejer ta’ klassi mondjali filwaqt li ddeskrivih bħala skorer prolifiku. Hu żied jgħid li l-prestazzjonijiet ta’ Zaha fil-Premier League jitkellmu waħedhom u jinsabu kunfidenti li jista’ jkollu impatt fil-Major League Soccer. Zaha lagħab 458 darba ma’ Palace u skorja 90 gowl. Hu ssieħeb lil Manchester United fl-2013 iżda rritorna f’Selhurst Park, sena wara fuq bażi ta’ loan.