Id-Dumnikani tal-Birgu ser jiċċelebraw l-għeluq tal-Ġublew ta’ San Tumas t’Akwinu, bejn it-Tnejn 27 u t-Tlieta 28 ta’ Jannar 2025.
L-Ordni Dumnikan madwar id-dinja matul dawn is-sentejn qed tfakkar is-700 sena mill-kanonizazzjoni ta’ San Tumas, kif ukoll is-750 sena mill-mewt. Din is-sena qed tfakkar it-800 sena mit-twelid tiegħu
Għal dan il-ġublew il-Papa Franġisku ta l-indulġenza plenarja lil dawk kollha li jieħdu sehem fiċ-ċelebrazzjonijiet marbuta ma’ dan il-Ġublew.
Taħdita
Ser tiġi organizzata l-Aquinas Lecture fil-Kunvent tad-Dumnikani tal-Birgu, nhar it-Tnejn 27 ta’ Jannar fis-7pm, Ser jindirizza l-konferenza Rev. Dr. Alan J. Adami OP STh.D.
Pontifikal Solenni
F’jum il-festa ta’ San Tumas t’Akwin, nhar it-Tlieta 28 ta’ Jannar, fil-Knisja tal-Lunzjata u San Duminku tal-Birgu,ser issir iċ-ċelebrazzjoni tal-għeluq tal-Ġublew, fis-6:15p.m. Il-quddiesa pontifikali solenni se tkun
immexxija mill-E.T. Mons. George Frendo OP., Arċisqof Emeritu ta’ Tirana-Durres, l-Albanija.