Knisja Lokali

Delegat ġdid għall-Edukazzjoni Kattolika

L-Arċisqof Charles Scicluna, bħala l-President tal-Konferenza Episkopali Maltija, ħatar lil Dun Mark Ellul bħala d-Delegat il-ġdid għall-Edukazzjoni Kattolika biex jgħin lill-Konferenza Episkopali fil-ħidma tal-Knisja fl-edukazzjoni. Il-ħatra ta’ Dun Mark tirrifletti l-impenn imġedded tal-Knisja biex issaħħaħ l-edukazzjoni Kattolika f’Malta u Għawdex. Bħalissa, Dun Mark hu l-Kap tal-Iskola tas-Seminarju tal-Arċisqof fir-Rabat.

L-Arċisqof irringrazzja lil Dun Charles Mallia għal kważi 15-il sena ta’ servizz dedikat bħala Delegat għall-Edukazzjoni Kattolika.

Fir-rwol il-ġdid tiegħu, Dun Mark Ellul hu responsabbli mis-Segretarjat għall-Edukazzjoni Kattolika, li jaqa’ taħt il-ġurisdizzjoni tal-Konferenza Episkopali Maltija. Is-Segretarjat jappoġġja u jikkordina 55 skola tal-Knisja, u jipprovdi appoġġ amministrattiv, kurrikulari, psikosoċjali u pastorali lill-iskejjel tal-Knisja, li b’mod kollettiv jedukaw madwar 17,000 student, kważi terz tal-popolazzjoni tal-istudenti f’Malta u Għawdex.

Dun Mark Ellul, li għandu 45 sena. Hu għandu wkoll Baċellerat fl-Edukazzjoni mill-Università ta’ Malta, u Master of Science fit-Tmexxija Edukattiva mill-Università ta’ Leicester. Bħalissa qed jikkonkludi d-Dottorat fit-Tmexxija Edukattiva fl-University College London.

Dun Mark ġie ordnat saċerdot fit-23 ta’ Ġunju 2010 u bħalissa jservi wkoll pastoralment fil-parroċċa tal-Isla u huwa membru kemm tal-Bord tal-MATSEC kif ukoll tal-Assoċjazzjoni tal-Iskejjel tal-Knisja.