“Gvern ġdid Nazzjonalista se jkompli jgħin b’saħħa liż-żagħżagħ, atleti u tfal sabiex jiżviluppaw f’persuni sħaħ”.
Sostna dan il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech waqt żjara li għamel fil-Pixxina Nazzjonali tal-Qroqq fejn iltaqa’ ma’ numru ta’ atleti li huma parti mill-iSpecial Olympics Malta.
Huwa fakkar li kien proprju Gvern Nazzjonalista li welled din l-għaqda non-governattiva, eżattament 25 sena ilu.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista spjega li l-inklussività hija importanti, u li għandna nagħmlu mezz li kulħadd ikun parti minn trasformazzjoni ħolisitka.
Bernard Grech tenna li Gvern ġdid Nazzjonalista se jkompli jgħin lill-atleti, tfal u żgħażagħ jikbru bi sħiħ.
Special Olympics Malta, qed tiċċelebra l-25 sena mill-ftuħ tagħha…. b’aktar minn 2,500 atleta jkunu parti minn din l-għaqda non-governattiva.
It-tim Malti jirrappreżenta lill-pajjiżna fl-iSpecial Olympics barra minn xtutna, bil-Maltin jiksbu numru ta’ unuri għall pajjiżna f’dawn l-aħħar snin.

Preżenti għal din iż-żjara kien hemm is-Segretarju Ġenerali tal-PN Michael Piccinino, flimkien max-Shadow Ministers Bernice Bonello, David Agius u Graziella Galea.
//= $special ?>