Il-bank HSBC ikkonferma li l-Laqgħa Ġenerali Straordinarja tal-Ħamis 13 ta’ Frar se tkun qed tiddiskuti max-shareholders it-trasferiment potenzjali ta’ dan il-bank f’pajjiżna.
F’komunikat uffiċjali preżentat fil-Borża ta’ Malta, il-bank qal li l-laqgħa se ssir fil-lukanda Corinthia ta’ San Ġiljan, fil-11:30am.
F’Settembu kien sar magħruf li l-bank HSBC informa lill-bord tad-diretturi li kien se jibda analiżi strateġika tal-ishma indiretti ta’ 70.03% li għandu f’pajjiżna. B’esperti finanzjarji jindikaw li l-bank possibbilment jaf itemm l-attività tiegħu f’Malta wara 25 sena. Imbagħad, f’Novembru ħarġet l-aħbar li l-APS kien esprima interess f’dan l-akkwist.
Waqt li rrikonoxxa r-rwol importanti li għandu fl-ekonomija lokali, il-bank HSBC kien iddikjara li kien baqa’ konformi mal-obbligazzjonijiet li għandu fis-suq.
//= $special ?>