Lokali

Il-President Myriam Spiteri Debono tiltaqa’ mal-Gran Mastru tal-Ordni Sovrana ta’ Malta

Il-President ta’ Malta Myriam Spiteri Debono żaret Palazzo Magistrale, is-sede tal-Ordni Sovrana ta’ Malta.

Matul laqgħa mal-Gran Mastru, Fra’ John John T. Dunlap, huma ddiskutew ir-rabtiet storiċi bejn Malta u l-Ordni, li jmorru lura snin twal.

Il-President Spiteri Debono esprimiet ix-xewqa tagħha li dawn ir-rabtiet ta’ ħbiberija u kulturali jsarrfu fi proġett tanġibbli li jservi ta’ monument ħaj tar-relazzjoni bejn pajjiżna u l-Ordni.

Il-President u l-Gran Mastru ddiskutew ukoll diversi suġġetti ta’ interess komuni, b’mod speċjali l-valuri u l-aspirazzjonijiet taż-żgħażagħ, kif ukoll il-bżonn ta’ ħidma favur il-paċi fuq livell globali.