Futbol Sport

Rebħa drammatika għal Manchester United fuq Rangers f’Old Trafford

Ritratt: EPA

F’Old Trafford rebħa drammatika għal Manchester United fuq Rangers bl-iskor ta’ 2-1 f’partita bejn żewġ timijiet Britanniċi biex taffiet xi ftit tal-pressjoni minn fuq Ruben Amorim wara telfa fil-Premier League kontra Brighton.

Il-gowl ta’ Manchester United wasal fit-52 minuta meta minn corner ta’ Christian Eriksen kien Jack Butland li ħareġ għall-ballun u tefa’ fix-xibka tiegħu stess. Minkejja dan, hekk kif dehret li se tkun rebħa għal Manchester United kien Cyriel Dressers li niżżel tajjeb ballun fit-tul u b’xutt b’saħħtu fil-baxx għeleb lill-goalkeeper ta’ Manchester United għal 1-1. Biex fid-90 minuta b’kontrattakk veloċi Lisandro Martinez għadda lejn Bruno Fernandes, bil-captain ta’ Manchester United jitfa’ wara Butland għal skor finali ta’ 2-1.

B’hekk Manchester United se jidħlu għall-aħħar partita bi kważi garanzija li se jgħaddu awtomatikament mal-ewwel tmienja tal-Europa League.

Roma megħluba minn AZ Alkmar bl-iskor ta’ 1-0. Il-gowl uniku tal-partita kien skorjat mis-sostitut Troy Parrott.

Riżultati

AZ Alkmar v Roma 1-0; Bodoe v M.Tel Aviv 3-1; Porto v Olympiacos 0-1; Fenerbache v Lyon 0-0; Hoffenheim v Spurs 2-3; Malmo v FC Twente 2-3; Qarabag v FCSB 2-3; V.Plzen v Anderlecht 2-0; E.Frankfurt v Ferencvaros 2-0; Elfsborg v Nice 1-0; Lazio v R.Sociedad 3-1; Ludogorets v FC Midtylland 0-2; Man Utd v Rangers 2-1; PAOK FC v S.Prague 2-0; RFS v Ajax 1-0;U nion St.Gilloise v Braga 2-1.