Fi stqarrija maħruġa dalgħodu, l-Assoċjazzjoni Medika Maltija (MAM) spjegat li t-tobba kollha osservaw id-direttivi li nħarġu għaċ-Ċentri tas-Saħħa.
It-tobba fakkru li l-ammont ta’ Ċentri li operaw matul il-jum huwa l-istess numru ta’ kemm ikun hemm miftuħin f’festa pubblika. U għalhekk, ma jistgħux jifhmu kif il-Gvern qabad u daħal fi ftehim ieħor – deskritt bħala “irregolari” – mal-privat. Dan bi skuża li hemm l-azzjonijiet fiċ-Ċentri tas-Saħħa.
//= $special ?>