Lokali Qorti

Arrestat wara li weġġa’ gravi lil raġel waqt argument

Żagħżugħ ta’ 24 sena li jgħix Birżebbuġa, tressaq il-Qorti wara li allegatament darab b’mod gravi raġel ieħor waqt argument dwar xi flus. L-akkużat jinsab mixli wkoll li kellu sikkina mingħajr liċenzja, u li hedded lil raġel ieħor waqt dan l-inċident.

L-ispettur spjega li fit-30 ta’ Ottubru, il-Pulizija ġew infurmati mill-Isptar Mater Dei li daħal persuna bi ġrieħi serji.

Wara li l-Pulizija fetħu investigazzjonijiet, irriżulta li l-inċident kien seħħ f’St Peter’s Pool, f’Delimara, waqt argument fuq flus.

L-Ispettur kompla li l-Pulizija, għall-bidu, ma sabux lill-akkużat. Madankollu, il-vittma kien rah tliet xhur wara! U informa lill-Pulizija.

Ir-raġel wieġeb li mhux ħati għall-akkużi, filwaqt li l-avukat tiegħu ma talabx għal ħelsien mill-arrest.

Il-Qorti ordnat li l-vittma jingħata protezzjoni, filwaqt li l-prosekuzzjoni kompliet bil-proċess.