Raġel ġie miċħud il-ħelsien mill-arrest il-Ġimgħa, wara li kien akkużat b’involviment f’serje ta’ serq minn ħwienet tal-mowbajls fl-2023. Il-Pulizija qalet li minn dawn il-ħwienet insterqu total ta’ €180,000 f’merkanzija. Marius Iorga ta’ 27 sena wieġeb mhux ħati li serq fil-ħames ħwienet – Phone Refix, Exotique, Telecom, Tablets and More, u Fact – u li kkaġuna ħsarat fil-ħwienet bejn il-11 u l-25 ta’ Lulju 2023.
Huwa kien mixli wkoll li kkofoffa biex iwettaq reat u li fforma parti minn gang kriminali biex iwettaq reat. Fuq il-jsoċjali kienu ppubblikai filmati li juru gruppi jidħlu f’mill-inqas ħamsa minn dawn il-ħwienet, jattakkaw l-ixkafef u jisirqu f’qasir ħin u jaħarbu bl-oġġetti.
Hekk kif kompliet l-investigazzjoni, il-Pulizija skoprew li n-nies involuti fit-tkissir u serq x’aktarx kienu ċittadini Rumeni u nħareġ Mandat ta’ Arrest Ewropew kontrihom, Fl-aħħar jiem, wieħed mill-ħallelin suspettati ġie identifikat u arrestat fir-Rumanija u ġie estradit lejn Malta.
Il-Pulizija qalet li dan kien żvilupp sinifikanti fil-każ u li qed ifittxu b’mod attiv lill-bqija tal-membri tal-grupp. Il-Maġistrat Jean Paul Grech sema’ kif f’Lulju tal-2023 il-Pkienet infurmata b’ħames serqiet minn ħwienet f’diversi lokalitajiet madwar Malta. Mill-investigazzjonijiet irriżulta li s-serq kien qed isir mill-istess erba’ persuni, bl-istess metodu.
Il-Pulizija identifikaw il-vetturi użati u ntraċċaw minn fejn inxtrat waħda mill-karozzi. Dan wassal għall-identifikazzjoni tal-erba’ persuni, li kienu Rumeni, u inkludew lill-akkużat. Intant, fil-midja ġew ippubblikati filmati tas-serq u, sigħat wara, l-erba’ suspettati ħarbu minn Malta u marru Sqallija abbord il-katamaran.
Mandat ta’ Arrest Ewropew inħareġ f’Settembru 2024. Nhar il-Ħamis tal-ġimgħa li għaddiet, l-awtoritajiet Rumeni infurmaw lill-Pulizija Maltija li l-akkużat kien ġie arrestat u se jibdew proċeduri biex jiġi estradit lejn Malta. Huwa ngħata f’idejn il-Pulizija Maltija l-Ħamis filgħodu u tressaq il-Qorti l-Ġimgħa.
Huwa nżamm taħt arrest preventiv.
L-avukati Andrea Zammit u Brendon Hewer mill-uffiċċju tal-Avukat Ġenerali tħarrku flimkien mal-ispetturi tal-Pulizija Lydon Zammit, Joseph Mercieca u Christina Delia. L-avukati Roberto Montalto u Charles Mercieca rrappreżentaw lill-akkużat.
//= $special ?>