Esperti legali li tkellmu ma’ Net News spjegaw li hemm proċedura twila qabel Yorgen Fenech jingħata l-bail. U possibbilment, dan il-proċess jaf jieħu numru ta’ ġranet.
L-istess sorsi spjegaw li l-libertà proviżorja tiskatta malli l-Qorti jkollha l-prova li z-zija ta’ Fenech trasferiet ix-shares tagħha, u li d-depożitu jkun tħallas. “Dan il-proċess jaf jieħu ġimagħtejn”, qalilna wieħed mill-avukati li tkellem ma’ dan is-sit.
Sors ieħor fisser kif iz-zija ta’ Fenech trid tiffirma numru kbir ta’ dokumenti, speċjalment fejn jidħlu x-shares tal-kumpanija Tumas Group. Dan apparti li hi issa spiċċat kompletament responsabbli għalih.
Skont il-ġurnalisti preżenti barra l-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin, sa nofsinhar Yorgen Fenech kien għadu ma ġiex trasferit lura fil-ħabs.
//= $special ?>