Lokali Qorti

Ħames snin ħabs għal żagħżugħ u ieħor illiberat fuq serq ta’ karozzi

Żagħżugħ taħt l-età ġie kundannat ħames snin ħabs fuq diversi serqiet ta’ karozzi. Huwa kien qed jiġi akkużat flimkien ma’ żagħżugħ ieħor, ukoll taħt l-età li kienu daħlu f’vetturi oħra, serqu minnhom pjanċi tar-reġistrazzjoni u li għamlu ħsara fuq karozza tal-pulizija. L-ismijiet tas-subien ma jistgħux jissemmew għaliex meta twettaq ir-reat kienu għadhom minorenni.

Il-ħati kien ammetta l-akkużi fl-istqarrija li kien ta lill-Pulizija. Iż-żagħżugħ l-ieħor ġie lliberat fuq nuqqas ta’ provi u l-fatt li statement ta’ ko akkużat ma jistax ikun ammissibbli. Iż-żewġ subien li kellhom 14 u 15-il sena rispettivament kienu nżammu arrestati fl-2021 wara li ġew mixlija li serqu erba’ karozzi, għamlu ħsara fuqhom, li serqu pjanċi tal-karozzi u flus kontanti fost affarijiet oħra.

Bejniethom kienu qed jiġu mixlijin bi 23 akkuża. Fost dawn l-akkużi kien hemm ukoll li aggredew persuna f’Birkirkara biex serquh. Meta ġew arrestati s-subien kienu ttieħdu fit-Taqsima tal-Young Offender’s Unit. Meta kienu tressqu f’Ottubru tal-2021 dak ta’ 14-il sena li huwa mill-Mosta, u li ġie kundannat għal piena karċerarja qal lill-uffiċjal tal-Pulizija li kien se jimmanettjah, “ħallini ta’ għax inkisser l-awla.”

Dan iż-żagħżugħ meta trressaq kienet dehret għalih l-Avukat tal-Għajnuna Legali Leontin Calleja filwaqt li l-Avukat David Gatt li deher għat-tifel li dak iż-żmien kellu 15-il sena, kien qal li dan kien biss passiġġier f’karozza Isuzu misruqa, u għaldaqatant kien fil-post ħażin fil-ħin ħażin.

Meta kien tressaq it-tifel minn Ħal Safi kien akkumpanjat mill-ġenituri tiegħu filwaqt li l-Mosti kien akkumpanjat minn nannuh. Ir-reati kien saru f’Ottubru tal-2021, bejn it-22 u l-24. Reat ieħor mill-ħati kien sar f’Awwissu tal-2021.

Sadanittant is-serq ta’ żewġ karozzi minnhom sar matul il-lejl minn Birkirkara u Marsaskala, filwaqt karozza oħra nsterqet minn San Pawl il-Baħar. It-tifel li ġie kundannat ħames snin ħabs instab ħati wkoll li fit-12 ta’ Awwissu, 2021 – seraq karozza minn Naxxar.

Huma kienu qed jiġu akkużati wkoll li serqu żewġ pjanċi minn Tal-Pietà u li dawn intużaw fuq karozza oħra. Huma kienu qed jiġu mixlija wkoll li għamlu ħsara fuq numru ta’ karozzi, li minn Marsakala serqu flus kontanti, ċavetta ta’ karozza u li serqu wkoll ċavetta ta’ karozza minn Ħaż-Żebbuġ, li kellhom ukoll turnavit biex jużawh għas-serqu u li offendew persuna.

It-tifel ta’ 15-il sena li ma nstabx ħati – ġie akkużat ukoll li saq karozza bla liċenzja u li kien kompliċi ma’ sieħbu fis-serq ta’ mobile. It-tifel li nstab ħati kien ġie mixli wkoll li seraq mobile, li f’Birkirkara fi Ġnien Beatu ħebb għall-persuna u li heddu b’arma li hija turnavit 

Huwa nstab ħati wkoll li saq bla liċenzja f’diversi bnadi u mingħajr polza ta’ assigurazzjoni u li saq bi traskuraġni filwaqt li t-tifel Mosti ġie mixli wkoll li kkommetta reat waqt il-perjodu operattiv ta’ Ordni ta’ Probation u li sar reċidiv.  

L-Ispettur Christabelle Chetcuti kien bdiet tinvestiga l-każ fi stadju inizzjali filwaqt li diversi uffiċjali oħra kienu ħadu l-każ f’idejhom wara li l-Ispettur Chetcuti kien ġiet trasferita f’sezzjoni oħra fi ħdan il-Korp tal-Pulizija.

L-Avukat David Gatt lfil-Qorti kien staqsiha, “naqblu li l-klijent tiegħi nstab li kien biss passiġier f’karozza Isuzu?”, bl-Ispettur twieġeb fl-affermattiv. L-Ispettur Chetcuti qalet li l-Mosti li sussegwentement ġie lliberat ma tkellimx meta ġie mistoqsi mill-Pulizija u li fl-istqarrija ma wieġeb għal ebda domanda.

Il-Maġistrat Abigail Ctitien qalet fis-sentenza tagħha li dwar il-persuna aggredita u misruqa fi Ġnien Beatur Birkirkara, rriżulta li huwa ġie aggredit minn grupp ta’ żgħażagħ li fih inkluda liż-żgħażagħ akkużati, iżda meta l-vittma ntwera l-filmati tas-CCTV, fejn kienu identifikati bħala imputati, ġiet stabbilit li s-serqa saret lil hinn mill-ġnien, u lil hinn minn dak li jkopru l-cameras tas-CCTV.

L-aqwa prova qalet il-Qorti hi dik tal-parte civile, li rriżulta li kienu numru ta’ żgħażagħ li aggredewh, wieħed minnhom b’mus, u li aggredih u seraqlu l-mobajl, kien it-tifel li għarfu bħala l-peruna ta’ li nstab ħati u li hu ma kienx f’pożizzjoni li jidentitka liż-żagħżugħ li dak iż-żmien kellu 15-il sena u ħareġ illiberat.