Il-maltempata Eowyn laqtet lir-Renju Unit u l-Irlanda b’irjieħ rekord ta’ 114mph, li huma l-ogħla li qatt ġew irreġistrati fl-Irlanda skont l-Uffiċċju tat-temp Irlandiż.
Twissijiet rari ta’ maltemp aħmar ġew imħabbra għall-Iskozja u l-Irlanda ta’ Fuq, filwaqt li twissijiet sofor għall-irjieħ gew mwissijja għall-bqija tar-Renju Unit.
F’Irlanda, aktar minn 560,000 dar, razzett u negozju spiċċaw bla dawl hekk kif din il-maltempata kompliet tħalli ħsarat kbar. Barra minn hekk, ġiet imħabbra kanċellazzjoni sħiħa tat-treni fl-Iskozja u l-Irlanda ta’ Fuq, u l-operaturi tal-ferroviji ħarġu twissijiet li l-pubbliku m’għandux jivvjaġġa.
Esperti qed iwissu li s-sitwazzjoni tista’ tmur għall-agħar fil-ġranet li ġejjin.
Fl-istess waqt, titjiriet qed jitħassru madwar ir-reġjun, u l-pajjiżi qed jiffaċċjaw waħda mill-agħar maltempati li qatt raw fl-aħħar snin.
//= $special ?>