Lokali

L-organizzazzjoni ‘Four Paws’ tistenna informazzjoni mill-Gvern dwar l-erba’ ljuni u pantera

L-organizzazzjoni internazzjonali Four Paws, għadha qed tistenna informazzjoni minngħand il-Gvern ta’ Malta dwar l-erba’ ljuni u l-pantera li nstabu f’razzett fin-Naxxar.

Din l-organizzazzjoni ssalva, tadotta u tieħu ħsieb annimali varji li jkunu fil-bżonn – fosthom, klieb u qtates abbanudnati, annimali tal-irziezet li jkunu maltrattati u anke annimali tas-salvaġġ bħal orsijiet, felini kbar u ljunfanti li jkunu qed jinżammu f’kundizzjonijiet ħziena.

Four Paws kienu ġew ikkuntatjati minn Vuċi għall-Annimali dwar dan il-każ serju tan-Naxxar… madanakollu għadhom qed jistennew informazzjoni mill-Gvern dwar il-qagħda tal-erba’ ljuni u l-pantera; fost l-oħrajn dwar is-sess tagħhom u l-età.

Però, jidher li wara iktar minn tliet ġimgħat din l-informazzjoni għadha ma ngħatatx għax f’pajjiżna m’hawnx veterinarji li jistgħu jiċċekkjaw eżattament il-kundizzjoni tas-saħħa tagħhom billi joħdulhom id-demm.

Skont l-istqarrija tal-VRD, li kienet ħarġet kważi ġimgħa wara li faqqa’ l-każ, kien itnqal li dawn indikaw li l-kundizzjoni fiżika tal-annimai kienet waħda tajba, għalkemm iljun wieħed kien qed juri sinjali ta’ kundizzjoni ortopedika li teħtieġ aktar attenzjoni.

Madankollu…. dawn il-visti sarru biss permezz ta’ vista minn barra waqt li dawn l-annimali kienu għadhom maqfulin.

Bl-attivisti jgħidu li għandha tittieħed azzjoni minnufih sabiex dawn l-annimali ma jibqgħux maqfulin, hekk kif dan huwa l-oppost tal-ambjent li jixirqilhom jgħixu fih.