Lija Athletic u Zero Sei huma l-finalisti tal-Enemed Women’s KO meta rebħu s-semifinali rispettiva tagħhom.
Lija Athletic għelbu lil Santa Margherita 8-4 f’logħba mill-isbaħ. It-tim minn Lija kienu 4-0 minn fuq, iżda Santa Margherita rnexxielhom iġibu l-iskor indaqs f’ħin minnhom. Minkejja kollox, id-determinazzjoni tat-tim immexxi minn Jackie Abdilla issarrfet f’erba’ gowls oħra li tawhom ir-rebħa finali.
Hailey Russell, Leanne Micallef u Tove Ronneback skorjaw doppjetta kull wieħed b’Izabella Camilleri, Ruth Steer Cheetham li żiedu aktar gowls għat-tim tagħhom.
Doppjetti ta’ Estefany Calamanarez u Rowen Zahra żammew it-tamiet ħajjin għal Santa Margherita.
Referees kienu Clint Cassar u Stefania Bonnici.
Zero Sei kisbu rebħa tajba ta’ 4-0 kontra Mtarfa Women Futsal. L-iskorer prolifika Andrea Alonso skorjat doppjetta filwaqt li Rebecca Zammit u Elisa Csik ukoll niżżlu isimhom fost l-iskorers.
Referees kienu Danilo Francalanza u Marco La Rosa.
Il-finali tal-Enemed Futsal KO bejn Zero Sei u Lija Athletic se tintlagħab nhar l-Erbgħa 5 ta’ Frar fid-9.30pm fil-Padiljun tal-Mediterranean College of Sport f’Birkirkara.
//= $special ?>