Lokali Qorti

Rumen arrestat wara investigazzjonijiet ta’ serq minn ħwienet tal-mowbajls

Investigazzjonijiet intensivi li seħħew fuq sensiela ta’ serq fuq diversi ħwienet tal-mowbajls, wasslu biex ġie identifikat wieħed mill-allegati membri ta’ grupp kriminali organizzat.

L-investigazzjonijiet, li kienu jistgħu jagħmlu distinzjoni bejn serqiet imwettqa fit-tliet xhur tas-sajf tal-2023, irrivelaw li l-ħallellin kienu qed jaħdmu b’mod sistematiku. Dawn kienu jidħlu fl-istabbilimenti billi jiżgassaw il-bieb ta’ barra tal-ħwienet, u fi ftit sekondi, kienu jbattlu l-ixkaffef li fihom kienu jinstabu l-l-mowbajls, imbagħadu jaħarbu mal-prodotti misruqa.

Skont l-investigazzjonijiet, l-ammont ta’ apparat elettroniku misruq jaqbeż il-€180,000, u l-ħallellin involuti ħafna drabi kienu jiġu identifikati bħala Rumeni. Minħabba dan, sar Mandat ta’ Arrest Ewropew għall-persuni magħrufa, li twassal għal riżultat ta’ suċċess.

Fl-aħħar jiem, wieħed mill-allegati ħallellin ġie arrestat fir-Rumanija u, wara l-azzjonijiet legali, ġie estradit lejn Malta. Dan l-arrest kien pass importanti fl-investigazzjoni, li qed tkompli taħdem biex issib u tressaq il-bqija tal-membri tal-grupp kriminali.

Il-persuna, raġel ta’ 27 sena, mistenni jitressaq il-Qorti llum għall-ħabta tal-11am, quddiem il-Maġistrat Jean Paul Grech.