Taljan ta’ 36 sena, residenti Birkirkara, tard ilbieraħ filgħaxija tilef ħajtu f’inċident tat-traffiku fl-Imsida.
L-inċident seħħ għall-ħabta tat-8.15pm fi Triq Mikiel Anton Vassalli.
Mill-ewwel stħarriġ li sar irriżulta li r-raġel kien qiegħed isuq mutur Honda u waqt li kien fil-mina, tilef il kontroll, ħabat mal-ħajt u waqa’.
Il-vittma minnufih ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Sfortunatament huwa kien iċċertifikat mejjet ftit tal-ħin wara.
Il-Maġistrat Philip Galea Farrugia ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.
Dan huwa t-tielet inċident tat-traffiku fatali din is-sena.
//= $special ?>