Il-President Amerikan, waqt l-intervista lil Fox News, għamilha ċara l li l-gwerra tar-Russja mal-Ukrajna għandha tieqaf ‘immedjatament’ u fejn ma żammx lura milli jinsisti li l-President Russu Putin ma messu qatt invada lill-artijiet Ukreni.
Trump spjega li kieku l-gwerra kienet bdiet waqt li hu kien għadu fil-White House, ma kienx se jitlef iż-żmien biex ‘ifassal ftehim ma’ Putin’ li kien jevita dan il-konflitt fit-tul.
Sadanittant, il-President Amerikan mill-ġdid għamilha ċara li għandu jimponi t-tariffi kbar fuq ir-Russja jekk kemm-il darba Putin jippersisti fit-triq tal-gwerra.
Dan meta Donald Trump, ġimgħat ilu, kien enfasizza l-kapaċità tiegħu biex, bħala medjatur, ‘iwaqqaf il-konflitt tal-Ukrajna’ f’perjodu ta’ 24 siegħa. Il-konflitt ilu għaddej minn Frar tal-2022.
//= $special ?>