Lokali

Bidwi jittieħed l-isptar wara li weġġa’ gravi f’għalqa fil-Buskett

Raġel mis-Siġġiewi kellu jittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li kien involut f’inċident waqt li kien għaddej b’xi xogħol f’għalqa fil-limiti tal-Buskett.

Mill-ewwel indikazzjonijiet jidher li l-Pulizija kienet infurmata bil-każ għall-ħabta tas-sebgħa ta’ filgħodu meta l-bidwi ta’ 31 sena għal xi raġuni sofra xi ġrieħi waqt li kien għaddej bil-ħidma tiegħu permezz ta’ makkinarju.

Fil-post ġie msejjaħ minnufih tim mediku tal-ambulanzi li ħadu lir-raġel l-isptar għal aktar kura fejn aktar tard ġie ċċertifikat li ġarrab ġrieħi gravi.

Il-Pulizija għaddejjin bl-investigazzjonijiet b’rabta mal-każ.