“Għadna ‘l bogħod….għad hemm il-problemi”.
Kien dan li stqarr il-President tal-Assoċjazzjoni Medika Maltija, Martin Balzan waqt il-programm NETLIVE. Fejn spjega li t-tobba jridu li fiċ-ċentri tas-saħħa, ikun hemm aktar tobba.
Il-President tal-MAM spjega illi it-Tnejn 27 ta’ Jannar se tkun qed issir laqgħa ta’ rikonċiljazzjoni bejn il-Gvern u l-union tat-tobba.
Iżda minkejja dan, huwa stqarr illi s-sitwazzjoni għadha problematika u għaldaqstant jekk il-Gvern ta’ Abela mhux ħa jkun qed jagħti s-soluzzjonijiet għall-problema li ħakmet iċ-ċentri tas-saħħa, id-direttivi tat-tobba se jkunu qed jitkomplew.
Fid-dawl ta’ dan huwa stqarr, illi l-MAM pprovdew is-soluzzjonijiet, li uħud minnhom jiġu bi prezz, bil-Gvern itenni li “ma għandux minn fejn”.
Intant, Martin Balzan enfasizza, illi l-livelli kollha tal-Gvern għandhom jitkellmu mal-union qabel ma tittieħed deiċżjoni bħalma hija l-outsourcing fi ħdan id-dipartiment tal-emerġenza.
//= $special ?>