Madwar ġimgħa wara li daħal fis-seħħ il-ftehim għall-waqfien mill-ġlied, il-Forzi Difensivi ta’ Iżrael ikkonfermaw li ħadu lura t-tieni grupp ta’ ostaġġi mill-Hamas – din id-darba erba’ nisa.
Dan filwaqt li l-Hamas ħadu lura 200 priġunieri Palestinjani minn żewġ ħabsijiet Iżraeljani.
Filfatt, bħala parti mill-ftehim, Iżrael huwa lest biex jeħles 50 ostaġġ Palestinjan għal kull suldat Iżraeljan, u 30 għal kull ostaġġ Iżraeljan.
L-erba’ ostaġġi Iżraeljani – Karina Ariev, Daniela Gilboa, Naama Levy u Liri Albag huma kollha suldati li kienu arrestati fl-attakk tas-7 ta’ Ottubru mill-Hamas li beda l-ġlied.
L-iskambju tal-priġunieri ħa sehem f’Gaza, hekk kif trakkijiet tar-Red Cross ħadu l-priġunieri mis-suldati Palestinjani. L-ostaġġi ġew ritornati lill-IDF, fejn ħaduhom lura f’Iżrael.
Intant, il-Gvern Iżraeljan akkuża lill-Hamas li kissru l-ftehim minħabba li ma lliberawx lil Arbel Yehud, li suppost kienet fost l-ostaġġi li ġew ritornati, iżda għal xi raġuni din ma kinitx.
Il-Hamas ħabbru li hi għada ħajja u se tiġi meħlusa ġimgħa oħra. Iżda Iżrael ħabbar li sakemm dan jseħħ, il-forzi Iżraeljani mhux se jħallu lir-refuġjati Palestinjani jirritornaw lura fit-tramuntana ta’ Gaza.
//= $special ?>