“Alleħares nispiċċaw bħall-Ukrajna”.
Dan kien il-messaġġ li waslu ħafna fil-Belarus qabel l-elezzjoni ġenerali. U minkejja li ħafna rrifjutaw jew ipprotestaw kontra r-riżultati tal-elezzjonijiet, bil-President Aleksander Lukashenko, meqjus bħala “l-aħħar dittatur fl-Ewropa” ilu jmexxi l-pajjiż għal 30 sena, m’hemmx dubju li għadu popolari.
Dan minħabba li għal ħafna Lukashenko huwa meqjus bħala mexxej b’saħħtu li jista’ jżomm l-ordni madwar il-pajjiż, b’ħafna ċittadini jenfassizaw dwar l-importanza ta’ din, billi jikkumparaw is-sitwazzjoni fil-Belarus ma’ dik fl-Ukrajna.
U minkejja li hemm kandidati oħra minbarra Lukashenko, ħadd minnhom ma ħareġ jikkontesta għat-tmexxija tal-pajjiż, b’kull wieħed minnhom jappoġġa lil Lukashenko.
Intant, din il-ġimgħa l-Parlament Ewropew daħħal resoluzzjoni sabiex l-UE tirrifjuta r-riżultat tal-elezzjoni li ġejja.
//= $special ?>