Internazzjonali

Kważi milljun dar, razzett u negozju mingħajr id-dawl

L-effetti tal-maltempata Eowyn illi laqtet lir-Renju Unit u l-Irlanda b’riħ li kejjel saħħa rekord ta’ 114-il mil fis-siegħa, qed jinħassu ħafna hekk kif kważi milljun residenza u negozji spiċċaw mingħajr provvista tal-elettriku.

Intant qed jiġi rrapportat dewmien qawwi ta’ diversi mezzi tat-trasport, tant li l-organizazzjoni tal-Ferroviji tal-Iskozja ħabbru li kellhom madwar 400 inċidenti ta’ ħsara, inkluż 120 siġar li waqgħu fuq il-binarji.

Minbarra hekk qalu li qed jistennew aktar interruzzjonijiet.

Dan filwaqt li diversi l-iskejjel li rrapportaw ħsarat serji fuq l-istruttura tal-bini tagħhom, tant li hemm ċans kbir li ftit minnhom mhumiex se jiftħu Nhar it-Tnejn li ġej.

Traġikament, żagħżugħ ta’ 20 sena li tilef ħajtu wara li siġra waqgħet fuq il-karozza tiegħu fl-Irlanda.

Intant, għad hemm yellow warnings u twissijiet tal-għargħar madwar partijiet fin-naħa tat-tramuntana tar-Renju Unit.