Disa’ għaqdiet mis-soċjetà ċivili talbu lill-Gvern Malti biex jippubblika White Paper dwar ir-riforma tal-inkjesti maġisterjali.
Il-White Paper hija dokument li tiddeskrivi l-leġiżlazzjoni futura tal-gvern u jippermetti lill-partijiet interessati jivvalutaw il-proposti tal-gvern u jagħmlu is-suġġerimenti tagħhom. L-organizzazzjonijiet, fosthom Repubblika, Aditus Foundation, The Daphne Caruana Galizia Foundation, Għaqda Studenti tal-Liġi,occupyjustice, PEN Malta,Żgħażagħ Ħaddiema Nsara,Kopin u Moviment Graffitti jemmnu li l-gvern għandu dmir demokratiku li jagħti liċ-ċittadini l-opportunità jesprimu l-fehmiet tagħhom dwar il-kwistjoni ta’ riforma li rrid idaħħal il-Prim Ministru Robert Abela fuq l-inkjesti maġiseterjali.
Dan hekk kif il-gvern ressaq abbozz ta’ liġi fil-parlament biex jirriforma s-sistema ta’ inkjesti maġisterjali fl-14 ta’ Jannar, iżda l-kontenut tagħha għadu mhux magħruf.
Il-Prim Ministru Robert Abela ta x’jifhem li r-riforma se żżid it-trasparenza għal inkjesti bħal dawn, filwaqt li l-Ministru tal-Ġustizzja Jonathan Attard jissuġġerixxi li ċ-ċittadini l-ewwel għandhom jitolbu lill-pulizija biex tinvestiga allegat reat qabel ma jirrikorru l-qrati.
Madankollu, attivisti tas-soċjetà ċivili argumentaw li it-talbiet għal inkjesti huma ppreżentati fil-qrati minħabba li l-pulizija qed jonqsu milli jaġixxu fuq rapporti ta’ korruzzjoni f’istituzzjonijiet governativi. Filwaqt wieħed għandu jżomm f’moħħu li Il-Kummissjoni Ewropea kemm-il darba ħeġġet lill-gvern Malti biex jintroduċi liġijiet li jeħtieġu konsultazzjoni pubblika u parteċipazzjoni fit-tfassil tal-liġijiet.
//= $special ?>