Pete Hegseth ġie kkonfermat bħala s-Segretarju tad-Difiża, f’vot fejn kellu bżonn jintuża tie-breaker mill-Viċi President JD Vance, wara li tliet senaturi Repubblikani, inkluż l-eks mexxej tal-maġġoranza Mitch McConnell ivvutaw kontrieh.
Dan wara li nqalgħet kontroversja sħiħa dwar il-kondotta ħażina tal-istess Hegseth, inkluż allegazzjonij tal-fastidju sesswali li hu ċaħad, infidelità u konsum xorb alkoħoliku eċċessiv.
Hegseth mistenni jkun qed imexxi dipartament li fih madwar 3 milljun impjegati u baġit ta’ madwar 850 milljuni dollaru amerikan.
Wara l-vot, McConnell insista li Hegseth m’huwiex ippreperat biex imexxi dan id-dipartament u jikkordina mal-alleati globali tal-Istati Uniti.
It-tiebreaker mingħand JD Vance jservi bħala t-tieni li ntuża biex jiġi konfermat kandidat għall-kabinet.
L-ewwel tiebreaker intuża fl-ewwel amministrazzjoni ta’ Donald Trump mill-Eks Viċi President Mike Pence biex jikkonferma lil Betsy DeVos bħala s-Segretarja tal-Edukazzjoni.
//= $special ?>