Nhar is-Sibt, għall-ħabta tas-sagħtejn u nofs ta’ waranofsinhar, il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident tat-traffiku fi Triq Tul il-Kosta, in-Naxxar.
Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li raġel ta’ 46 sena residenti l-Fgura, tilef il-kontroll tal-mutur Suzuki li kien qed isuq, waqa’ u ħabat ma’ vettura BMW li kienet qed tinstaq fil-karreġġjata opposta minn raġel ta’ 30 sena residenti San Pawl il-Baħar.
Is-sewwieq tal-mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Aktar tard huwa kien iċċertifikat bi ġrieħi gravi.
Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.
//= $special ?>