SAN ĠILJAN JP PROJECTS….. 9
SLIEMA FRANK SALT…..,,……. 16
(2-4), (0-3), (4-5), (3-4)
Sliema fetħu s-sena kif spiċċaw l-aħħar waħda, jiġifieri b’rebħ ta’ unur. L-avversarji prinċipali reġgħu kienu San Ġiljan li bdew il-logħba punt qabilhom. Madankollu dik li kienet mistennija bħala logħba missielta, daret f’dominju Slimiż, b’mod partikolari minħabba t-tkeċċija ta’ Jake Bonavia fl-ewwel sessjoni.
San Ġiljan kienu biss fil-vantaġġ għal ftit sekondi fl-ewwel sessjoni sakemm gowls minn Sam Engerer, ġmiel ta’ backhand minn Liam Galea u gowl ta’ Elijah Schembri poġġew lil Sliema 4-2 minn fuq b’50 sekonda għal tmiem is-sessjoni.
Eżatt ma’ dan il-gowl, intemmet il-logħba ta’ Jake Bonavia wara li tkeċċa minħabba logħob aggressiv filwaqt li ħalliet lil San Ġiljan bi plejer anqas għal erba’ minuti. Sliema ħadu vantaġġ mis-sitwazzjoni u sakemm reġgħu ġew plejers indaqs fl-ilma, id-distakk kiber għal 7-2, riżultat li bih intemmet it-tieni sessjoni.
Il-logħba kienet għat-telgħa għall-Ġiljaniżi u filwaqt li pruvaw darbtejn inaqqsu d-distakk għal erba’ gowls, komplew jiġru wara l-avversarji, b’Sliema jikkontrollaw il-logħba b’ċertu kumdità. Il-gowl tal-eks Andreas Galea għamilhom 12-6, bit-tim ta’ Giannis Katrouzanakis saħansitra għamilhom 14-6 fl-aħħar sessjoni. Huma kkontrollaw l-aħħar minuti, bil-captain veteran John Brownrigg issiġilla r-rebħa lejn it-tmiem.
Fi tmiem il-logħba, l-istess Brownrigg irċieva l-unur mingħand iċ-Chairman Eżekuttiv ta’ Enemed Kevin Chircop u l-President tal-ASA Karl Izzo. Din kienet it-tielet darba li Sliema rebħu din il-kompetizzjoni.
San Ġiljan: M. Xerri, N. Bugelli, D. Tully (1), G. Bonavia (3), R. Caruana, L. Dimech, J. Bonavia, B. Plumpton, J. Abela (2), N. Zammit (1), D. Zammit (1), N. Schiavone (1), Z. Attard, N. Bonavia
Sliema: N. Grixti, E. Schembri (3), L. Galea (5), J. Gambin, M. Soler, C.J. Saliba, P. Tabone (1), D. Rizzo, J. Brownrigg (2), A. Galea (1), J. Chircop, D. Zammit (2), B. Busuttil (2), S. Engerer
Referees: Ronnie Spiteri, Massimo Calabrò
Riżultati
Marsaskala v Birżebbuġa 3-12
Valletta v Exiles 23-9
Sirens v Neptunes 7-10
San Ġiljan v Sliema 9-16
Kif Spiċċaw
L | R | D | T | F | K | Pti | |
Sliema | 7 | 6 | 0 | 1 | 118 | 47 | 18 |
Valletta | 7 | 4 | 2 | 1 | 115 | 73 | 16 |
San Ġiljan | 7 | 5 | 1 | 1 | 98 | 78 | 16 |
Neptunes | 7 | 5 | 0 | 2 | 85 | 64 | 15 |
Sirens | 7 | 3 | 1 | 3 | 98 | 82 | 10 |
Birżebbuġa | 7 | 2 | 0 | 5 | 51 | 98 | 6 |
Exiles | 7 | 1 | 0 | 6 | 48 | 90 | 3 |
Marsaskala | 7 | 0 | 0 | 7 | 40 | 121 | 0 |