Internazzjonali

Vladimir Putin lest jinnegozja ma’ Trump

Kollox qed jindika li Il-President tar-Russja Vladimir Putin lest jidħol f’diskussjonijiet u negozjati mal-President tal-Istati Uniti Donald Trump, dan dwar il-gwerra fl-Ukrajna.

Dan hekk kif fl-ewwel kummenti tiegħu wara b’rabta mal-President Amerikan wara li issa Trump reġa’ kien elett fit-tmexxija tal-Istati Uniti.

Huwa insista li tkun idea tajba li jiltaqgħu għal dibattitu hekk kif l-istess Trump ħareġ jhedded lir-Russja li lest jieħu passi ekonomiċi fil-konfront ta’ Moska la darba ma ttemx il-gwerra mal-Ukreni.

Vladimir Putin insista li huwa jemmen bi sħiħ li Donald Trump lest jaħdem mar-Russja u li hu dejjem miftuħ għan-negozjati miegħu. Dan filwaqt li kompla jgħid li d-diskussjonijiet mal-President Amerikan għandhom ikunu ta’ ton kalm, partikolarment dwar l-avvenimenti tal-aħħar ġimgħat.

Dan filwaqt li ddeskriva lil Trump bħala wieħed ta min jafda fih.

Intant, temm jgħid li għal kuntrarju ta’ Trump, il-President Ukren Volodymyr Zelensky huwa ferm ikkumplikat biex tinnegozja miegħu hekk kif l-istess Zelensky iffirma digriet li jżommu milli jitkellem ma’ Putin innifsu.

Intant, f’reazzjoni għal dan kollu Volodymyr Zelensky insista li l-għan ta’ Putin huwa li jimmanipula għal kollox lil Donald Trump u li dawn it-tentattivi mhux se jkunu qed jirnexxu.