Il-maltempata Herminia mistennija iġġib xita qalila, riħ qawwi u silġ minn naħa tal-Lbiċ. Bit-temp estrem huwa imbassar li jestendi sal-ġurnata tat-Tnejn fuq diversi partijiet tar-Renju Unit.
Dan kollu qed iseħħ ftit tal-jiem biss wara li l-maltempata Eowyn ħalliet ħerba sħiħa. U l-impatt tagħha għadu jinħass sew.
Esperti meterjoloġiċi qed jgħidu li din il-maltempata l-ġdida mhux se tofri riħ qawwi daqs dak tal-Ġimgħa. Madanakollu wara d-diżastru li ħalliet il-maltempata Eowyn b’siġar imqaċċta u djar bi ħsarat estensivi…jaf ifisser li t-temp estrem tas-sigħat li ġejjin kapaċi jħalli riperkussjonijiet akbar. Għaliex ħafna zoni diġa’ qed ibatu d-daqqa tal-ewwel maltempata.
Dan it-temp, issa, jaf iġib miegħu għargħar u iktar tifrik li jkomplu jżiedu mal-ħsarat li diga’ hemm f’ħafna villaġġi.
Huwa previst li din il-maltempata se tolqot mil-Lbiċ tal-Ingiltera u Wales, u timxi lejn l-Irlanda ta’ Fuq u Tramuntana tal-Ingilterra sakemm eventwalment tolqot partijiet mill-Iskozja sa filgħaxija.
Huwa mifhum ukoll li minkejja li l-maltempata Eowyn issa għaddiet xorta waħda, ir-riħ qawwi se jippersisti fil-jiem li ġejjien hekk kif għadhom fis-seħħ ‘yellow warnings’ kemm għar-riħ qawwi kif ukoll minħabba s-silġ u l-borra.
Skont l-Uffiċju Meterjoloġiku fir-Renju Unit, il-qawwa tar-riħ misennija tlaħħaq saħħa ta’ bejn 50 u 60 mil fis-siegħa possibilment anka 70 mil fis-siegħa f’ċertu zoni kostali u muntanjużi.
//= $special ?>