Fil-Belarus, kollox jinsab lest għall-estensjoni tal-poter ta’ Alexander Lukashenko – id-dittatur tal-Belarus u alleat kbir tal-President Russu Vladimir Putin. Dan meta llum qed issir l-elezzjoni nazzjonali li se taċċertah minn ħames snin oħra bħala President u wara li hu ilu jmexxi pajjiżu għal 31 sena.
L-osservaturi tal-Punent u l-membri tal-Oppożizzjoni eżiljati mill-Belarus qed ifissru l-elezzjoni bħala farsa’ u mingħajr l-ebda validità – b’mod partikulari fejn jidħlu l-kriterji demokratiċi. Dan wara li l-kritiċi kollha ta’ Lukashenko kienu kostretti li jaħarbu mill-pajjiż – u bil-makkinarju tal-Istat jinsab dejjem lest biex juri l-ponn tal-ħadid mad-dissidenti.
Il-Punent u l-Oppożizzjoni, waqt l-elezzjoni tal-2020 fil-Belarus, kienu akkużaw lil Lukashenko dwar tbagħbis u frodi biex jirbaħ il-vot u f’liema żmien, il-President kien bagħat il-qawwiet tas-sigurtà fit-toroq biex iwaqqfu d-dimostrazzjonijiet ta’ protesta bil-vjolenza fost l-arrest tal-għaxieren tal-eluf tan-nies.
Il-gruppi għad-drittijiet umani, illum, qed jgħidu li hemm mal-1,250 priġunier politiku fil-Belarus u meta l-pajjiż, issa, jinsab biss sigħat ‘il bogħod mill-konferma tas-seba’ mandat ta’ tmexxija konksekuttiv għal Lukashenko – magħruf ukoll bħala l-aħħar dittatur tal-Ewropa.
//= $special ?>