Lokali

“Il-Gvern spiċċa iżolat” – The Malta Independent

Waqt li l-Inkjesti Maġisterjali kienu prezjużi biex kixfu d-dettalji ta’ ħafna skandli tal-Gvern, il-verità hi li hemm in-naħa l-oħra tal-munita – li dawn l-Inkjesti issejħu propju għaliex il-Kummissarju tal-Pulizija ma kienx qed jagħmel xogħolu.

Din hija l-analiżi li saret mill-gazzetta The Malta Independent on Sunday, illi iffukat fuq il-fatt li l-Gvern irid idaħħal restrizzjonijiet fil-mod kif jinfetħu Inkjesti Maġisterjali minn ċittadini privati.

L-Independent tfakkar fir-raġuni għaliex hemm daqstant kundanna għal din il-mossa tal-Gvern, ġejja minn kullimkien.

Fuq quddiem nett, il-Partit Nazzjonalista li qal b’mod ċar li se jimblokka din il-manuvra perokoluża ta’ Robert Abela. Imbgħad hemm l-ngo’s, partiti żgħar, u anke s-soċjetà ċivili – kollha jopponu dak li jrid jagħmel il-Gvern dwar l-Inkjesti.

Dan ix-xenarju wassal biex Robert Abela spiċċa waħdu, kompletament iżolat.

L-editorjal jgħid li f’dan il-każ ma jidhirx li l-Prim Ministru se jagħmel u-turn. U d-deputati tiegħu se jimxu wara l-master tagħhom…l-istess kif għamlu meta kienu imblukkaw l-inkjesta ta’ Jean Paul Sofia.

Għalkemm l-editur jinsisti li din il-kontroversja tal-Inkjesti Maġisterjali żgur mhux se tieqaf hawn.