Il-President ta’ Malta Myriam Spiteri Debono ħalliet l-Italja għall-Polonja, fejn għada se tingħaqad ma’ dawk li għexu l-ħruxijiet tal-Olokawst u mexxejja minn madwar id-dinja għall-kommemorazzjoni tat-80 anniversarju mil-liberazzjoni tal-kamp ta’ konċentrament ta’ Auschwitz-Birkenau.
Il-President Spiteri Debono se tattendi għaċ-ċerimonja uffiċjali li matulha se jitfakkru l-vittmi tal-Olokawst, waqt li jitwassal messaġġ tar-responsabbiltà li l-mexxejja madwar id-dinja għandhom favur il-paċi.
Id-delegazzjoni Maltija mmexxija mill-President ta’ Malta Myriam Spiteri Debono tinkludi wkoll uffiċjali mill-Uffiċċju tal-President ta’ Malta kif ukoll uffiċjali mill-Ambaxxata ta’ Malta fil-Polonja.
Il-President Myriam Spiteri Debono mistennija tirritorna Malta nhar it-Tlieta. Fin-nuqqas tagħha, Francis Zammit Dimech qed iservi bħala Aġent President.
//= $special ?>