Raġel ta’ 33 sena wieġeb ħati li kiser il-kundizzjonijiet tal-pleġġ quddiem il-Maġistrat Caroline Farrugia Frendo l-Ħadd waranofsinhar.
Ir-raġel, li m’għandux indirizz fiss, kien akkużat li kiser erba’ gruppi ta’ kundizzjonijiet tal-pleġġ li ġew imposti fuqu fl-2023 mill-Maġistrat Nadine Sant Lia, fl-2024 mill-Maġistrati Neville Camilleri u Gabriella Vella, u fl-aħħar grupp ta’ kundizzojnijiet li ġew imposti fuqu anqas minn ġimgħa ilu.
Wara li wieġeb ħati, il-Maġistrat Caroline Farrugia Frendo staqsietu jekk kienx jaf li t-tweġiba tiegħu kienet se tirriżulta fl-arrest tiegħu, fejn hu baqa’ kwiet iżda indika li kien jaf b’dan.
Wara dan, l-Ispettur Sherona Buhagiar infurmat lill-Qorti li l-prosekuzzjoni u d-difiża kienu qablu fuq is-sentenza minima.
Iżda, minħabba li kiser erba’ kundizzjonijiet, dawn l-erba’ sentenzi se jingħaqdu flimkien.
Is-sessjoni tal-Qorti ġiet sospiża sat-30 ta’ Jannar fejn il-Qorti se tagħti s-sentenza finali.
//= $special ?>