It-tennista Taljan Jannik Sinner rebaħ l-Open tal-Awstralja għat-tieni sena konsekuttiva wara li għeleb lit-tennista Ġermaniż Alexander Zverev 6-3, 7-6, 6-3.
Minkejja l-każ tad-doping li għandu kontrih, Sinner irnexxielu jirbaħ it-tielet Grand Slam tal-karriera. Wara l-partita, Sinner qal li dan kien tournament inkredibbli għalih.
Zverev, minn naħa l-oħra, ma tantx seta’ jsib siequ fil-partita u naqas milli joffri sfida denja. Hu sar l-ewwel tennista li tilef l-ewwel tliet finali Grand Slam fil-karriera, hekk kif tilef il-finali tal-Open tal-Istati Uniti fl-2020 u l-finali fl-Open ta’ Franza fl-2024.
//= $special ?>