Raġel minn Birkirkata kien akkużat li kontinwament isegwi lill-eks sieħba tiegħu iżda ġie lliberat mill-akkużi wara li l-allegata vittma tiegħu u l-għarusa tagħha qalu lill-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Caroline Farrugia Frendo li ma ridux jixhdu aktar kontrieh.
Ir-raġel li għandu 67 sena deher quddiem il-Qorti l-Ħadd waranofsinhar fejn ġie akkużat li segwa lill-eks sieħba tiegħu, u li uża l-kompjuter b’mod irresponsabbli.
Hu wieġeb mhux ħati.
L-Ispettur Omar Zammit, li mexxa l-prosekuzzjoni qal li l-allegata vittma kienet irrapurtat lill-Uffiċċju tal-Vjolenza Domestika li hu kontinwament kien qed isegwiha. Żiedet li wara dan hu kien saqsa lil sieħbu biex isegwiha, u li imbagħad hu pprova jirrikattahom.
Huma qalu li riedu jwaqqgħu l-każ sakemm l-akkużat qatt ma jerġa’ jkellimhom u jinsa li jeżistu. Il-Qorti qalu li jekk dan isir ma jistgħux joffrulhom protezzjoni.
Il-Maġistrat ma kellha l-ebda għażla oħra għajr li twaqqa’ l-każ kontra l-akkużat.
//= $special ?>