Internazzjonali

”Nemmen li Greenland se tkun fil-pusses tal-Istati Uniti”

Fl-aħar ħinijiet il-President tal-Istati Uniti Donald Trump qal li jemmen li l-Istati Uniti se tieħu l-kontroll ta’ Greenland.

Dan wara li fl-aħħar jiem kien reġa stqarr li għandu interess f’dan it-teritorju awtonumu tad-Danizi. Bil-President iżied ukoll li 57 elf resident li joqgħodu fi Greenland għandhom ix-xewqa li jkunu parti mal-Istati Uniti.

Madanakollu dawn il-kumenti tal-President Trump jiġu ftit jiem biss wara li l-Prim Ministru tad-Danimarka Mette Frederiksen insita li Greenaland ma kienitx għal bejgħ.

L-ewwel darba li Trump kien wera interess i jakkwista dan it-teritorju kien fl-2019 fl-ewwel terminu ta’ presidenza tiegħu, fejn kien sostna li l-akwist ta’ Greenland mill-Istati Uniti kien essenzjali għas-sigurta internazzjonali.