Futbol Sport

Rebħa importanti għal Manchester United… ikomplu jiżdiedu l-problemi għal Tottenham

Manchester United kisbu rebħa importanti ta’ 1-0 barra minn darhom kontra Fulham. Il-gowl deċiżiv wasal fit-78 minuta permezz ta’ Lisandro Martinez.

Ikomplu jiżdiedu l-problemi għal Tottenham u Ange Postecoglu wara t-telfa ta’ 2-1 kontra Leicester City. Kienu Tottenham li marru fil-vantaġġ fit-33 minuta permezz ta’ Richarlison. Leicester wettqu rimonta fit-tieni taqsima meta l-ewwel kien Jamie Vardy li ġab l-iskor indaqs. It-tim immexxi minn Ruud van Nistelrooy marru fil-vantaġġ fil-50 minuta b’gowl ta’ Bilal El Khannous.

Aston Villa u West Ham ħadu punt kull wieħed meta temmew fi draw ta’ 1-1. Kien Jacob Ramsey li poġġa lil Villains fil-vantaġġ wara tmien minuti. Il-gowl tad-draw wasal fis-70 minuta permezz ta’ daqqa ta’ ras ta’ Emerson.

Rebħa importanti għal Brentford barra minn darhom kontra Crystal Palace meta rebħu bl-iskor ta’ 2-1. Bryan Mbeumo poġġa lil Brentford fil-vantaġġ fis-66 minuta permezz ta’ penalty. Kevin Schade rdoppja fit-80 minuta. Palace naqsu l-iskor fil-85 minuta permezz ta’ Romain Esse.