Lokali

Robert Abela ffukat biss biex jiddefendi lil dawk tal-qalba

Il-Prim Ministru Robert Abela huwa biss iffukat biex jiddefendi lil dawk ta’ madwaru flok jiddefendi lill-poplu Malti u Għawdxi billi jagħmel ċert li l-istituzzjonijiet jaħdmu kif suppost.

Dan qed ikompli jirriżulta ċar jum wara jum, hekk kif matul intervista li saritlu minn tliet ġurnalisti indipendenti, huwa kompla jsostni dwar l-importanza tar-riforma fl-inkjesti maġisterjali.

Mistoqsi dwar il-libertà proviżorja li ngħatat lil Yorgen Fenech, huwa qal li din hija materja sensittiva. Din hija materja sensittiva u subgudice. U skont hu  ż-żmien biex Fenech jingħata l-ħelsien kien għadu ma skadiex. Dan minkejja li kienet il-Maġistrat Edwina Grima stess li  saħqet li l-biżgħat li l-Qorti kellha biex fix-xhur preċedenti ma aċċettatx il-libertà proviżorja fil-konfront ta’ Fenech għadhom preżenti, madanakollu għandha dahra mal-ħajt.

Mhux hekk biss, iżda fil-konfront tal-kritika li qed tirċievi s-sistema ġudizzjarja kemm mill-midja indipendenti kif ukoll minn membri li kienu parti mill-Partit Laburista, Abela qal li r-riżorsi kollha li kellhom jingħataw lill-Qrati u lill-Korp tal-Pulizija ngħataw.

‘Ma naqbel miegħek xejn li hemm diżorganizzazzjoni fil-Qorti. ’

Dan ukoll fid-dawl li l-konklużjonijiet tal-Inkjesta interna li kien talab il-Ministru Michael Falzon kienet irrakomandat li jkun hemm aktar riżorsi u li jiżdiedu l-Maġistrati biex tiġi miġġielda l-vjolenza domestika Però, għal Abela, is-soluzzjoni kienet li l-prosekuzzjoni żdiedet b’iktar minn kemm żdiedet il-popolazzjoni

Intant, mistoqsi iktar dwar is-settur tal-ġustizzja Robert Abela baqa’ ma  spjegax ezatt x’se tkun qed tinkludi eżattament ir-riforma fl-Inkjesta Maġisterjali, però, minn kliemu rriżulta ċar u tond li dan se jkun qed issir biex jiddefendi, lil dawk li dwarhom tinfetaħ inkjesta wara li jkunu ppublikati rapporti fil-ġurnali. Eżempju minnhom ikun ir-rapporti li saru dwar il-Ministru Clint Camilleri.

Dan’ filwaqt li kompla jiddefendi lin-nies tiegħu fosthom lill-Eks Ministri Chris Fearne u Edward Scicluna li skont hu mhux xieraq li qed jaffaċċjaw proċeduri kriminali.

Waqt din l-attività, Robert Abela kien mistoqsi wkoll dwar is-saħħa, u kif il-kostruzzjoni qed taffettwa s-saħħa anke dik mentali, hu ddefenda r-regolamenti li daħlu f’dan is-settur mingħajr ma indirizzax il-problema tal-istorbju li qed tħalli fuq il-poplu Malti u Għawdxi. Dan minkejja li ammetta li din il-problema jifhimha hekk kif taffettwa lilu wkoll.

Intant, f’din l-intervista komplew ukoll l-attakki fuq il-midja indipendenti fosthom The Shift News, u l-misinformazzjoni dwar id-dikjarazzjonijet tal-assi li għadhom ma ġewx preżentati fil-Parlament minkejja d-dikjarazzjonijiet ta’ Abela.

Bil-Prim Ministru jgħid li jrid jagħmel riforma anke dwar id-dikjarazzjoni tal-assi.