Colin Schembri
Tigers 73
Valletta Lions 104
(20-24)(21-24)(15-35)(17-21)
Valletta baqgħu jissieltu għal post fil-play-offs meta għelbu lil Tigers 104-73. Tigers irkupraw lil Sassoun Saakian filwaqt li Valletta kellhom lura lil Francesco Mifsud Bonnici li tilef l-aħħar partita. Il-player ta’ Tigers Albert Varcallo spikka b’10 trippli.
L-ewwel punti waslu minn Valletta b’baskets minn Nicholas Grech u trippla ta’ Nikola Vasovic. Wara risposta minn Tigers b’żewġ trippli ta’ Kendall Jordan u Albert Varcallo, kien hemm 5 punti oħra minn Valletta. Iż-żewġ timijiet komplew jirrispondu lil xulxin fejn lejn tmiem it-taqsima kien hemm aktar trippli minn Vasovic u Vancallo għal skor ta’ 24-20 favur Valletta.
Fit-tieni taqsima, Tigers marru fuq quddiem wara break qasir ta’ 8-2 bi trippla ta’ Andre Attard. Għal xi ħin kien hemm parita bejn it-timijiet, però Valletta żiedu r-ritmu lejn it-tmiem b’run ta’ 13-2 bi trippli minn Mifsud Bonnici u Piotr Stelmach biex sal-intervall irnexxielhom jibnu vantaġġ ta’ seba’ punti 48-41.
Fit-tielet sessjoni Valletta ħarġu ħafna aħjar fejn bdew b’run ta’ 15-2 bi trippli ta’ Carter u marru 20 punt minn fuq 63-43. Tigers irnexxielhom jwieġbu fit-tieni nofs tat-taqsima permezz ta’ Varcallo, filwaqt li Jordan għamel 5 punti konsekuttivi. Basket ta’ Serge Hamparsoumian fl-aħħar sekonda għalaq it-taqsima fuq skor ta’ 83-56 favur Valletta.
Il-bidu tal-aħħar perjodu kien mill-ġdid dominat minn Valletta li għamlu run ta’ 15-2 b’diversi punti minn Carter flimkien ma’ Nelson Da Silva u Stefan Vincic. It-tieni parti tat-taqsima kienet favur Tigers fosthom bi break ta’ 12-2 bit-tim ta’ Valletta jgħaqqdu l-mitt punt permezz ta’ Terry u jerbħu l-partita 104-73
Tigers: D. Pisani 2, A. Attard 5, K. Jordan 22, D. Mitrovic 5, D. Constantino, M. Baldacchino, A. Varcallo 33, S. Saakian 6.
Valletta Lions: N. Grech 9, A. Hunt, F. Mifsud Bonnici 6, N. Da Silva 8, M. Carter 26, P. Stelmach 17, S. Hamparsoumian 6, D. Schembri, J, Camilleri 2, N. Vasovic 18, S. Vincic 2, E. Terry 10.
Referees: Bernard Vassallo, Miguel De Flavia, Wendell Lim
Sigma Depiro 106
Athleta AtoZ 96
(32-30)(28-24)(31-16)(15-26)
F’partita mill-isbaħ li offriet xejn anqas minn 202 punti, Sigma Depiro għelbu lill-Athleta AtoZ 106-96 biex laħqu lil Valletta fir-raba’ post, però b’żewġ partiti inqas minnhom. Jirriżulta ċar li l-ġlieda għar-raba’ post fil-playoffs se tkun bejn l-istess Depiro u l-Beltin. Depiro kienu bil-formazzjoni tipika tagħhom filwaqt li għall-Athleta reġa’ rritorna wara diversi partiti Robert Vitale u rkupraw ukoll lil Isaac Xuereb.
Athleta ħadu vantaġġ ta’ 7-2 wara minuta u nofs bil-punti ta’ Caleb Matthews u Kurt James. Depiro bdew jirkupraw grazzi għal Nikola Bozovic flimkien ma’ trippla minn David Bugeja, però James u Isaac Xuereb żammew lill-Athleta fuq quddiem 18-13 sa nofs is-sessjoni. Depiro kellhom mument tajjeb b’disa’ punti mingħajr risposta fosthom trippla ta’ Brandon Porter u wara punti ta’ James u Matthews għall-Athleta kien hemm trippla ta’ Dominic Tomasi għal skor ta’ 28-27. Athleta reġgħu għamlu l-iskor indaqs 30-30 però basket ta’ Cameron Cornelius mal-buzzer poġġa lil Depiro fuq quddiem 32-30.
It-tieni taqsima kompliet bl-istess ritmu bill-punti jiġu b’mod frekwenti fuq iż-żewġ naħat. Depiro rnexxielhom jiftħu vantaġġ ta’ sitt punti 43-37 u żammewh sas-seba’ minuta wara baskets minn Cornelius, Tomasi u Porter. Athleta, però, wieġbu bi trippla ta’ Matthews u punti ta’ Maxwell Amaofo u naqqsu d-distakk għal punt 52-51. Fl-aħħar minuta u nofs, Depiro għamlu break qasir ta’ 8-3 biex daħlu jistrieħu fuq quddiem 60-54.
Depiro bdew jinqatgħu fuq quddiem fit-tielet taqsima hekk kif turnovers minn Athleta ppermettewlhom li jkabbru l-vantaġġ. Huma għamlu run ta’ 12-2 b’punti minn Bozovic u Porter għal skor ta’ 74-58. James u Matthews reġgħu wieġbu għall-Athleta fosthom trippl, però Depiro għamlu run oħra ta’ 13-2 b’żewġ trippli ta’ Luca Stefanovic għal skor ta’ 91-70.
Fl-aħħar sessjoni Athleta tħabtu biex inaqqsu d-distakk fosthom bil-punti ta’ Amoafo u trippla minn Juan Cefai. Depiro, però, kellhom il-punti minn Bugeja u Porter li għaqqdilhom il-mitt punt. Lejn it-tmiem Athleta għamlu run ta’ 7-2 però Depiro kienu ċerti mir-riżultat u ħarġu rebbieħa 106-96.
Sigma Depiro: S. Galea 2, D. Bugeja 18, N. Bozovic 24, N. Zivkovic, L. Stefanovic 9, A. Trapani, D. Tomasi 14, B. Porter 28, M. Brincat, C. Cornelius 11, M. Debattista 3.
Athleta AtoZ: R. Vitale 4, A. Garcia, C. Matthews 24, I. Xuereb 5, E. Abela, K. James 40, M. Farrugia, A. Bozanic 1, L. Borg 6, J. Cefai 6, M. Amoafo 100, G. Cassar.
Referees: Bernard Vassallo, Nicky Azzopardi, Zvezdan Dobrosaviljevic.
Starlites JSD 69
Luxol Sherries Estates 75
(23-13)(20-18)(12-20)(14-24)
Luxol Sherries Estates ġew lura minn distakk ta’ 16-il punt kmieni fit-tielet sessjoni biex ħadu rebħa importanti kontra ċ-champions renjanti Starlites JSD 75-69. Luxol irkupraw lil Nenad Bukva, filwaqt li Kolten Mortensen reġa’ kien nieqes għal Starlites.
Starlites bdew tajjeb bi trippla minn Ian Felice Pace u punti ta’ Chris Paul filwaqt li għal Luxol l-ewwel punti ġew mill-Amerikani Darron Howard u Caleb Mcccrary. Luxol għamlu l-iskor indaqs 11-11 wara trippla ta’ Howard u basket ta’ Vukassin Jandric. Hawn, però, Starlites għamlu run ta’ 12-2 bi trippli minn Ben Curran u Kai Fabri biex għalqu l-ewwel taqsima 23-13 minn fuq.
Luxol ġew lura fit-tieni perjodu b’run ta’ 8-2 bi trippli minn Howard u Jandric u naqqsu d-distakk għal 4 punti 21-25. Wara time-out minn Paul Ferrante, Starlites reġgħu bdew ikabbru l-vantaġġ fejn kellhom trippla minn Matthew Scerri u baskets ta’ Trevon Reddish u marru 10 minn fuq 37-27. Luxol kellhom risposta minn Jandric, però punti minn Kurt Xuereb, Paul u Reddish ħallew lil Starlites 43-31 fuq quddiem fi tmiem it-taqsima.
Wara l-intervall, Starlites fetħu bi trippla ta’ Ian Felice Pace biex fetħu vantaġġ massimu ta’ 16-il punt 46-31. Fit-tielet minuta, Luxol bdew ir-rimonta tagħhom u għamlu hekk bi break ta’ 12-0 bi trippla ta’ Adam Azzopardi u sensiela ta’ punti minn Mccrary u sas-seba’ minuta waslu sa basket ‘il bogħod 46-48. Starlites finalment waqqfuhom b’baskets minn Xuereb u Reddish, però Azzopardi għamel trippla oħra flimkien ma’ basket ta’ Nathan Xuereb. Starlites għamlu tliet punti minn Paul għal skor ta’ 55-51.
Luxol temmew ir-rimonta tagħhom fit-tielet minuta tal-aħħar sessjoni wara trippli minn Jandric u Xuereb li poġġewhom basket minn fuq 59-57. Luxol ma waqfux u għamlu run ta’ 11-2 bi trippla minn Jandric u punti minn Howard u Azzopardi biex fis-seba’ minuta marru 10 minn fuq 70-60. Starlites tħabtu biex jirkupraw u kellhom trippla ta’ Xuereb, però fallew free-throws kruċjali biex Luxol għalqu l-partita bl-aħħar basket ta’ Howard u ħarġu rebbieħa 75-69.
Starlites JSD: B. Curran 30, A. Aquilina 3, K. Fabri 6, I. Felice Pace 10, M. Fabri 8, L. Riolo, M. Scerri, C. Paul 25, L. Farrugia 4, K. Xuereb 5, N. Sultana, T. Reddish 24.
Luxol Sherries Estates: D. Howard, E. Caruana Montaldo, A. Azzopardi, I. Azzopardi, V. Jandric , P. Engelbert, JP Schembri, N. Xuereb, N. Bukva, C. Jones Mccrary, M. Matijevic, S. Cappello. Referees: Gordon Barbara, Zvezdan Dobrosaviljevic, Miguel De Flavia
//= $special ?>