Internazzjonali

80 sena mil-liberazzjoni ta’ Auschwitz

Id-dinja qed tfakkar it-80 anniversarju mil-liberazzjoni tal-kamp tal-konċentrament f’Auschwitz.

Il-ġrajjiet makabri li seħħew fil-kampijiet tal-konċentrament matul it-Tieni Gwerra Dinjija, se jkunu qed jitfakkru matul il-jum permezz ta’ ċerimonja li għaliha se jattendu diversi mexxejja minn madwar id-dinja.

Madwar 50 persuna, li kienu priġunieri f’Auschwitz, mistennija jirritornaw fil-post biex jimmarkaw dan l-anniversarju iswed fl-istorja tal-umanità.

Kmieni dalgħodu, tpoġġew kuruni tal-fjuri mill-President Pollakk.

Iċ-ċerimonja ewlenija se ssir aktar tard, għall-ħabta tal-4pm.

Preżenti f’Auschwitz hemm fost l-oħrajn il-President ta’ Malta Miriam Spiteri Debono kif ukoll il-President tal-Parlament Ewropew Roberta Metsola.