F’temp ta’ sagħtejn, aktar minn 200,000 Palestinjan li kienu residenti f’Gaza irritornaw lejn arthom u temmew xhur ta’ eżilju f’kampijiet temporanji. Dan wara li Iżrael fetaħ medda ta’ art fit-Tramuntana ta’ Gaza biex b’hekk dawn ir-refuġjati setgħu jirritornaw wara kważi sena u nofs ta’ bumbardamenti kontinwi.
Il-grupp terroristiku Hamas sostna li din hija rebħa għal poplu Palestinjan, għaliex skont il-Ħamas, Iżreal ried li jokkupa l-medda ta’ Gaza sabiex jeqred darba għal dejjem l-istat tal-Palestina. Min naħa l-oħra l-fergħa estrema fi ħdan il-Gvern Iżraeljan sostniet li din hija disfatta kbira għal Iżrael minħabba li skont huma l-Istat Iżrealjan ċeda art maħkuma mit-terroristi.
Iżda l-Prim Ministru Iżraeljan Benjamin Netenyahu sostna li din turi kemm l-iskop tal-Gvern Iżraeljan qatt ma kien li jeqred xi poplu… imma li jiddefedni lil niesu kontra l-attakki terroristiċi tas-7 ta’ Ottubru tal-2023. U li jinġiebu lura l-ostaġġi.
Il-Ministru għall-Affarjiet Barranin Iżraeljan sostna li mhux ser jippermetti li jerġgħu jsiru attakki terroristiċi fuq il-poplu Iżraeljan.
B’reazzjoni għal dan kollu, il-President tal-Istati Uniti Donald Trump sostna li l-Palestinjani għandhom jiċċaqalqu mill-medda ta’ Gaza u jintbagħtu jew l-Eġittu jew il-Ġordan sabiex isir ix-xogħol meħtieġ.
Madanakollu, il-Ġordan kif ukoll l-Eġittu ċaħdu l-idea ta’ Trump li jċaqlaq il-Palestinjani barra min arthom u qalu li mossa bħal din kapaċi ġġib l-istess Palestinjani vulnerabbli għal xi invażjoni.
Il-kummenti ta’ Trump kienu wkoll ikkundannati bil-qawwa mill-mexxejja Palestinjani u gruppi varji tad-drittijiet tal-bniedem. Dawn iddiskrivew din l-idea bħala tindif etniku u delitt fuq poplu li diġà hu vulnerrabli.
//= $special ?>