Sport Sport Ieħor

Falcons u Paola Executive Security fil-finali tat-Tazza Nazzjonali

It-tim ta' Paola jiċċelebra r-rebħa fuq Birkirkara

Kienu t-timijiet tal-volleyball Falcons u Paola Executive Security li rnexxilhom jagħmluha għall-finali tat-Tazza Nazzjonali. Dan wara li l-Ħadd, fil-kumpless Sportiv tal-Kottonera, saru ż-żewġ semifinali ta’ din il-kompetizzjoni prestiġjuża organizzata mill-Assoċjazzjoni Maltija tal-Volleyball. Dawn il-partiti kienu verament bilanċjati kif jindikaw ir-riżultati. 

Fl-ewwel semifinali, il-leaders attwali tal-kampjonat Super League, Falcons eliminaw liċ-champions Swieqi Phoenix Nium bl-iskor ta’ 3-2. Falcons immexxija minn Jacques Seifert, tilfu l-ewwel set kontra t-tim immexxi minn Leonard Zammit Munro 18-25. Madankollu, rebħu t-tieni wieħed 25-18 u tilfu t-tielet set 18-25. Falcons irreaġixxew u rebħu l-aħħar żewġ sets 25-23 u 15-10. 

Min-naħa l-oħra, fit-tieni semifinali, it-tim mill-Ewwel Diviżjoni u leaders ta’ dan il-kampjonat, Paola Executive Security eliminaw lil Birkirkara mill-kampjonat Super League wkoll wara li rebħulhom 3-2, logħba li ħadet tliet sigħat.  Paola, immexxija minn Michael Magro u assistit minn Antonio Borg, bdew fuq nota negattiva u tilfu l-ewwel set 25-13.

Maħsuda mill-eżitu tal-ewwel set, it-tim Pawlist irreaġixxa sew u rebaħ it-tieni wieħed 16-25. Madankollu, tilef it-tielet wieħed kontra t-tim immexxi minn Stefan Decelis 25-17. Paola Executive Security għaddew għall-finali wara li rebħu l-aħħar żewġ sets 23-25 u 11-15. 

Is-sensiela tal-partiti finali mit-Tazza Nazzjonali jintlagħbu fil-bidu tax-xahar id-dieħel. 

Ir-riżultati kollha

Tazza Nazzjonali

Falcons 3 – Swieqi Phoenix Nium 2

Birkirkara 2 – Paola Executive security 3 

Under 19 

Paola 3 – Flyers 2 

Under 17

Swieqi Phoenix Volley Maniacs 0 – Birkirkara ThunderSpikes 3

Birkirkara Storms 0 – Swieqi block N roll 3 

Under 15

Falcons 1 – Paola Maypole 3 

Birkirkara 3 – Depiro 1

It-tim tal-Falcons għelbu lil Swieqi 3-2