Futbol Sport

Genoa b’rebħa fuq Monza… draw f’Venezia

(Ritratt: EPA)

Genoa kisbu rebħa importanti ta’ 2-0 fuq Monza. Genoa b’ċans li jmorru fil-vantaġġ fil-31 minuta, iżda Andrea Pinamonti naqas milli jiskorja minn penalty. Il-gowl tal-vantaġġ wasal fil-61 minuta permezz ta’ Koni De Winter. Johan Vasquez għamilhom 2-0 fl-84 minuta.

Draw ta’ 1-1 bejn Venezia u Verona. Venezia marru fil-vantaġġ wara 28 minuta permezz ta’ Alessio Zerbin. Verona ġabu l-iskor indaqs fis-76 minuta permezz ta’ Jackson Tchatchoua.