Mara wieġbet ħatja li serqet €920 mill-kartiera ta’ min iħaddimha, li huwa furnar fil-Mosta. A
khila Prasad, Indjana ta’ 25 sena, ġiet akkużata li serqet €920 mingħand min iħaddimha, li huwa sid ta’ forn. Il-flus kontanti nsterqu fuq numru ta’ jiem il-ġimgħa li għaddiet meta l-kartiera tpoġġiet fuq cupboard. L-impjegata inqabdet fil-fatt.
Il-Maġistrat Yana Micallef Stafrace, it-Tnejn ikkundannatha għal sentejn ħabs sospiżi għal tliet snin.
L-avukat tal-AĠ Brandon Hewer u l-Ispettur Godwin Scerri mexxew il-prosekuzzjoni. L-avukat Matthew Xuereb u Alex Scerri Herrea kienu avukati difensuri.