Lokali

Jake Bonavia ta’ San Giljan hu l-BOV Plejer tas-Sena tal-Waterpolo 2023/2024

Eyla Schembri ta’ Sliema tirbaħ l-Unur tan-Nisa

Jake Bonavia ta’ San Giljan huwa l-BOV Waterpolo Plejer tas-Sena għall-istaġun 2023/2024. L-aqwa plejers fl-aħħar staġun tal-Water Polo tħabbru waqt serata ta’ awards imtella’ mill-Bank of Valletta u l-Assoċjazzjoni Sport Akwwatiku ta’ Malta.

Minkejja l-età żgħira tiegħu, Jake hu plejer ewlieni fit-tim tiegħu u diġà rebaħ numru ta’ trofej importanti mal-klabb ta’ tfulitu San Giljan. Huwa jifforma parti mit-tim nazzjonali tal-kbar ta’ Malta fejn ifforma parti minn dan it-tim li f’Diċembru li għadda rreġistra l-ħames post eċċellenti fit-Tazza tad-Dinja tat-tieni diviżjoni f’Istanbul.

Talent u konsistenza huma sinonimi ma’ Eyla Schembri, plejer li ilha snin twal ma’ Sliema kif ukoll mat-tim nazzjonali. Minkejja n-nuqqas ta’ unuri f’dan l-istaġun, Schembri eċċellat fuq bażi personali u dejjem spikkat bil-gowls u l-logħob kreattiv tagħha matul l-istaġun kollu.

Il-President tal-ASA, Karl Izzo; iffoka fuq il-kisbiet tal-Assoċjazzjoni f’dawn l-aħħar snin, b’wirjiet memorabbli fit-Tieni Diviżjoni tat-Tazza tad-Dinja u l-Kampjonati Ewropej – xhieda tal-livell dejjem jikber tal-logħba fil-gżejjer grazzi għall-investiment kostanti tal-klabbs u l-ASA.

Stefan Abela, Community Relations Officer tal-Bank of Valletta; irrimarka li l-100 anniversarju tal-ASA jikkoinċidi mal-50 tal-BOV – żewġ organizzazzjonijiet li sawru l-oqsma rispettivi tagħhom matul is-snin. ‘Il-Kampjonat BOV tal-Water Polo tax-xitwa li jibda l-ġimgħa d-dieħla, se jkun it-18-il staġun konsekuttiv ta’ kollaborazzjoni bejn il-BOV u l-ASA – impenn lejn l-isport u lejn stil ta’ ħajja b’saħħitha u attiva li l-BOV jemmen bis-sħiħ fih.’

L-attività kompliet fil-preżenza ta’ Clifton Grima, Ministru għall-Edukazzjoni, Sport, Żgħażagħ, Riċerka u Innovazzjoni; u x-Shadow Minister David Agius bil-preżentazzjoni ta’ diversi premjijiet, fosthom l-Aħjar plejers f’diversi kategoriji, l-aqwa goalkeepers, l-aqwa plejers barranin u l-aqwa kowċis.

Il-BOV u l-ASA ppreżentaw ukoll simbolu ta’ apprezzament lill-klabbs parteċipanti kollha kif ukoll lill-Coaches tat-tim nazzjonali.

Ir-rebbieħa kollha tal-premjijiet:

BOV Waterpolo Plejer tas-Sena tal-Kampjonat Premier

Jake Bonavia – San Giljan

BOV Waterpolo Plejer Femminili tas-Sena

Eyla Schembri – Sliema

BOV Waterpolo Plejer tas-Sena tal-1 Diviżjoni

Julian Valletta – Marsaxlokk

BOV Waterpolo Goalkeeper tas-Sena fil-Kampjonat Premier

Jake Tanti – San Giljan

BOV Water Polo Goalkeeper Femminili tas-Sena

Kursty Plumpton – Sliema

BOV Water Polo Goalkeeper tas-Sena tal-1 Diviżjoni

Miguel Farrugia – Marsaxlokk

BOV Kampjonat Premier L-Aqwa Plejer Barrani

Giacomo Cannella – Sliema

BOV L-Aqwa Plejer Barranija tan-Nisa

Morgan McDowall – Sirens

BOV L-Aqwa Plejer Barrani fl-1 Diviżjoni

Fran Valera – Marsaxlokk

Kowċ tas-Sena tal-BOV Waterpolo Kampjonat Premier

Giannis Katrouzanakis – Sliema

Kowċ tas-Sena tal-BOV Waterpolo Kampjonat tan-Nisa

Aurelien Cousin – Sirens

BOV Water Polo Kowċ tas-Sena tal-1 Diviżjoni

Sasa Misic – Marsaxlokk

BOV Referee tas-Sena

Massimo Angileri

BOV U20 Plejer tas-Sena

Sam Gialanze – Neptunes

BOV U18 Plejer tas-Sena

Julian Valletta – Neptunes

BOV U16 Plejer tas-Sena

Shailon Cutajar Casha – San Giljan

BOV U14 Plejer tas-Sena

Giulio Massa – Sliema

Noti fuq ir-rebbieħa

Plejer tas-Sena U14 – Giulio Massa

Giulio hu plejer versatili b’potenzjal kbir. Difensur kapaċi ħafna, iżda jista’ jimla pożizzjonijiet oħra madwar il-pixxina, li jagħmilha pedina importanti għat-tim. Jifforma parti wkoll mit-tim nazzjonali tal-U16, bi tħejjija għall-Kampjonati Ewropej tal-U16 li se jsiru fil-Manisa dan is-sajf.

Plejer tas-Sena U16 – Shailon Cutajar Casha:

Shailon hu plejer veloċi, magħruf għall-ħila tiegħu li fil-kontrattakk. Shailon qed jikber fil-ħiliet tiegħu ma San Giljan fejn qed juri logħob intelliġenti ħafna. Attiv ħafna fit-tim ta’ San Giljan ta’ taħt it-18 il sena, b’dan il-pass żgur se jkun plejer importanti għat-tim tal-kbar ta’ San Giljan. Shailon ifforma wkoll parti mit-tim nazzjonali U16 u pparteċipa fil-Kampjonati tad-Dinja s-sena l-oħra.

U18 u Plejer tas-Sena tal-1 Diviżjoni – Julian Valletta:

Plejer twil, intelliġenti u veloċi, Julian qed ikompli juri progress kbir sena wara sena. Żgur prospett futur għall-waterpolo Malti. Julian kellu parti kbira biex għen lit-tim tiegħu Neptunes biex ikun wieħed mill-kontendenti importanti fil-kampjonat ta’ taħt it-18 il-sena. Julian ifforma parti mit-tim nazzjonali tal-U19, li ħa sehem fil-Kampjonati Ewropej fil-Bulgarija.

Plejer tas-Sena U20 – Sam Gialanze:

Plejer żagħżugħ importanti għall-club tiegħu Neptunes kemm fil-kategorija U20 kif ukoll fit-tim tal-kbar. Fl-età żgħira tiegħu wieħed jista’ jgħid li Sam diġà hu plejer ta’ esperjenza u ta’ talent. Ifforma wkoll parti mit-tim nazzjonali tal-kbar u kien figura importanti fit-tim ta’ Milan Cirovic f’Istanbul waqt il-kompetizzjoni tat-Tazza tad-Dinja tat-tieni Diviżjoni

BOV Goalkeeper tas-sena tal-1 Diviżjoni – Miguel Farrugia:

Din is-sena deher titjib kbir minn Miguel. Idejh siguri bejn il-lasta ta’ Marsaxlokk għenu lit-tim tiegħu jirbaħ id-doppjetta ta’ Div 1. Goalkeeper żagħżugħ impenjat, li żgur se naraw li jkompli jtejjeb notevolment fil-pool l-istaġun li ġej.

BOV Goalkeeper tas-Sena Kampjonat tan-Nisa – Kursty Plumpton

Minkejja l-età żgħira tagħha, Kursty ilha ma’ Sliema mill-2017 fejn rebħet diversi unuri mat-tim tagħha u minbarra t-talent tagħha bejn il-lasti taqra l-logħba tajjeb ħafna u tniedi diversi mill-attakki ta’ Sliema bil-ħeffa tagħha kif ikollha l-ballun f’idejha.

Goalkeeper tas-Sena tal-Kampjonat BOV Premier Jake Tanti

Jake wera li hu goalkeeper ta’ livell għoli sena wara sena. Fis-snin li għaddew kien strumentali biex għen lit-tim tiegħu San Giljan jgħolli bosta trofej fil-kampjonat Premier. Ukoll, pedina importanti ħafna fit-twaqqif tat-tim nazzjonali. Meqjus ħafna bejn il-lasti, mal-klabb tiegħu San Giljan, it-tim Nazzjonali, u mat-tim tal-ogħla kampjonat Spanjol CN Mataro.

BOV Diviżjoni 1 Plejer tas-sena: (ukoll Plejer tas-Sena U18) Julian Valletta

Figlio d’arte kif jgħidu bit-Taljan, Julian jimxi fuq il-passi ta’ missieru Jonathan, plejer prominenti tal-waterpolo fi żmienu. Dan hu t-tienu unur li Julian qed jirċievi, fejn ukoll rebaħ l-unur għall-aqwa plejer ta’ taħt it-18 il sena, li dan juri l-valur ta’ dan il plejer minn eta’ zgħira.

Plejer tas-Sena – Kampjonat BOV tan-Nisa – Eyla Schembri

Talent u konsistenza huma sinonimi ma’ Eyla Schembri, plejer li ilha snin twal ma’ Sliema kif ukoll mat-tim nazzjonali. Minkejja n-nuqqas ta’ unuri dan l-istaġun, Schembri ibbrillat fuq bażi personali u dejjem spikkat bil-gowls u logħob kreattiva tagħha tul l-istaġun kollu.

Plejer tas-sena tal-Kamponat BOV Premier – Jake Bonavia:

Jake kiber biex ikun plejer ewlieni għat-tim tiegħu, u fl-età żgħira tiegħu diġà rebaħ numru ta’ trofej importanti mal-klabb ta’ tfulitu San Giljan. Hu jifforma parti mit-tim nazzjonali ta’ Malta tal-anzjani, li miegħu qed jikber biex ikun fixture fit-tim immexxi minn Milan Cirovic. Iffurmaw parti mis-Seniors NT li f’Diċembru rreġistraw il-ħames post eċċellenti fit-Tazza tad-Dinja Div 2, f’Istanbul.